
Data: 20 Ġunju 2020 | Hin: 20:00
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, tal-Imqabba qiegħda torganizza Pasta Night nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2020 fit-8:00pm fil-Każin tal-istess Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba.
Il-menu għal din l-attivita’ jikkonsisti f’għażla differenti t’ għaġin bi zlazi magħmulin minn ingredjenti friski u ġenwini, li jikkonsistu f’għagin biz-zalza taz-zalzett tal-Malti, jew biz-zalza tas-salamun, jew biz-zalza tal-brunġiel, jew għaġin bil-pesto tal-ħabaq.
Il-Bookings jistgħu isiru fuq in numru 99816863. L-ordnijiet miftuħin sa nhar l-Ħamis 18 ta’ Ġunju u ser jibqgħu jintlaqgħu sakemm jintlaħaq il-massimu tan-nies skont ir-regolamenti.
Waqt din l-attivita ser jiġu osservati l-proċeduri u regolamenti hekk kif maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.