L-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tipprovdi xogħol pirotekniku fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, f’Jum il-Festa nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 filgħaxija.
Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju 2020, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ser tkun qegħda tipparteċipa wkoll waqt id 19-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar organizzat mill-Ministeru tat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, fl-Imqabba. Ser ikunu qegħdin jinħarqu murtali tal-beraq u tal-kulur, kif ukoll blalen, sfejjer fost xogħol pirotekniku ieħor.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.