Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza Barbecue Beach Party nhar is-Sibt 1 t’Awwissu 2020 fil-Bajja ta’ Little Armier.
Kulħadd huwa mistieden jattendi f’atmosfera Sajfija kompluta b’ħafna divertiment mużikali, ikel u xorb. Il-prezz huwa dak ta’ €15.00 kull persuna mingħajr it-trasport u €20.00 kull persuna bit-trasport li jitlaq mill-Pjazza tal-Imqabba fil-5.00pm.
Bookings isiru fuq 79263253 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.