L-ewwel jum tal-Festa Ċinkwantinarja tal-1995, li matulha tfakkar il-Ġublew tad-Deheb mit-twaqqif tal-ewwel Banda Imqabbija, bil-Ħruġ min-Niċċa tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju. Wara, ingħata bidu għall-Marċ Trijonfali mill-Banda Madonna tal-Ġilju magħquda mal-Banda La Vittoria tal-Mellieħa.
L-okkażjoni ta’ dik il-ġurnata kienet l-inawgurazzjoni tal-bieb prinċipali tas-sede tas-Soċjeta’ li għadu jitgawda sal-ġurnata tal-lum. Wara segwiet ċerimonja bl-għan li tagħti apprezzament lil dawk l-individwi kollha li kkontribwixxew finanzjarjament fil-proġett tal-Planċier Meravilja li ġie nawgurat tliet ijiem wara. L-attivta’ ġiet konkluża bi kxif ta’ lapida bl-ismijiet tal-erbgħa Surmastrijiet li mexxew lill-Banda Madonna tal-Ġilju sa mit-twaqqif tagħha, li dak in-nhar kienu kollha preżenti.
Għafas hawn biex taqra l-profil ta’ l-erbgħa Surmastrijiet li mexxew lill-Banda Madonna tal-Ġilju.