Our Lily of the Lilies Procession

Illum, 21 ta’ Ġunju 2020, huwa Jum il-Festa għażiża ad Unur il-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Għalkemm f’ċirkostanzi differenti minn dawk imdorrijin bihom, xorta bħala Soċjetà għamilna l-almu tagħna biex inżommu ħaj l-ispirtu tal-Festa. Inħeġġu lil kulħadd sabiex illum wara nofs in-nhar jingħaqad magħna fil-Każin għall-aqwa atmosfera tà Festa bis-sehem tà mużiċisti u daqq tà marċi b’mod live. Il-jum jintemm b’ħarqa nar sabiħa preparata mill-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

Nieħdu l-opportunità sabiex nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd, u kif ukoll nawguraw lill-missirijiet kollha f’dan il-jum dedikat għalihom.