Ninsabu fi żmien tas-sena fejn normalment inkunu qed nikkomunikaw magħkom id-dettalji taċ-ċelebrazzjonijet tal-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju għas-sena 2020, iżda minħabba l-pandemija Covid-19 li laqtet lil kull wieħed u waħda minna, kellu jinbidel kollox u ridna nadattaw għal din ir-realtà ġdida.
Permezz ta’ dan il-komunikat il-Kumitat Amministrattiv qed jagħtikom l-aħħar aġġornamenti tal-andament tas-Soċjetà fosthom:
- il-ftuh mill-ġdid tal-Każin;
- l-offerti l-ġodda għall-bottegin tal-Każin;
- metodu ta’ ġbir ta’ fondi innovattiv; u
- informazzjoni dwar il-Festa 2020.
Aktar dettalji ssibuhom fiċ-ċirkolari hawn taħt.