Carrying out of the statue of Our Lady of the Lily – Feast 1998

Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-sena 1998 kienet waħda storika għall-fatt li dik is-sena l-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju nħarġet fuq iz-zuntier, wara l-Ħruġ tagħha min-Niċċa, ġimgħa qabel il-Festa.

Dan sar fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet t’egħluq l-400 sena mit-twaqqif tal-Imqabba bħala Parroċċa Awtonoma fil-15 ta’ Settembru 1598. Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju u l-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni għandhom l-unur jgħidu li pparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet kollha li saru biex jitfakkar dan l-anniversarju hekk importanti. L-attivita’ bdiet b’marċ mill-Banda Madonna tal-Ġilju fejn wara ammont kbir ta’ Partitarji u Devoti ħonqu z-zuntier tal-Knisja Parrokjali biex jagħtu merħba lil Omm u Patruna tagħna.

L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ħarqet xogħol pirotekniku għall-okkażjoni.


Carrying out of the statue of Our Lady of the Lily – Feast 1998