nżommu l-Festa Ħajja 2020

Għalkemm il-Festa ta’ din is-sena mhux ser tkun iċċelebrata bħas-soltu, is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju qegħda tappella lis-Soċji u Partitarji kollha u tinkoraġġihom sabiex fil-jiem li fadal sal-21 ta’ Ġunju, inżejjnu djarna billi ntellgħu l-arbli, bnadar, liedna u dwal blu u kif ukoll Xbiehat tal-Madonna tal-Ġilju kemm mal-gallariji u kif ukol mat-twieqi.

Dan ċertament jgħin biex infakkru l-Festa u jagħti dehra sabiħa u atmosfera festiva lir-raħal f’dawn il-ġranet. Grazzi lil kulħadd tal-koperazzjoni.