Il-Festa tal-1992 kienet l-aħħar waħda fejn inħarqu s-sfafar mill-idejn waqt il-marċi brijużi. Hawnhekk, qegħdin naraw il-Marċ tal-Ġimgħa fejn numri ta’ partitarji jidhru jieħdu sehem waqt il-briju billi jaħarqu diversi tipi ta’ sfafar li sa dak iż-żien kienet drawwa antika.
Il-marċ jintemm kif inhi t-tradizzjoni bit-tlugħ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira.