
Aġġornat bir-Ritratti tal-avveniment. Grazzi lil kull min attenda.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza ikla bit-tema ta’ Oktoberfest nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2021, ġewwa l-Każin tal-Ġilju.
Il-menu ser ikun jikkonsisti minn:
- Pretzel u Bavarian Würstel (L-Ewwel Platt)
- Pork Schnitzel jew Roast Chicken (It-Tieni Platt)
- Deżerta
Ser jingħata flixkun birra b’xejn lil kull min jattendi.
Donazzjoni għal din l-attività ser tkun ta’ €12 għal tfal taħt it-12 -il sena, u dik ta’ €18 għall-kbar.
Ser inkunu qegħdin noffru is-servizz ta’ ‘delivery’ għal din l-attività bejn is-6pm u is-7:30pm.
Din l-attività se tkun konformi mar-regolamenti u l-protokolli maħruġa u aġġornati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, li jinkludu :
- Obbligu li jintwera ċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex tattendi għal din l-attività.
- L-ilbies tal-maskli waqt l-attività kollha, ħlief meta wieħed ikun bilqiegħda madwar il-mejda.
- L-użu tas-‘sanitizers’ provduti.
- Tittieħed it-temperatura mill-membri tagħna, li trid tkun anqas minn 37.2 grad.
- Kull min jattendi se jintalab jagħti dettalji għall-contact tracing.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!