Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qed torganizza Darts Tournament nhar is-Sibt 6 ta’ Novembru mid-9:00am ‘l quddiem gewwa il-Kazin tal-Gilju.

Din l-attività se tkun konformi mar-regolamenti u l-protokolli maħruġa u aġġornati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, li jinkludu :

• Obbligu li jintwera ċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex tattendi għal din l-attività.
• L-ilbies tal-maskli waqt l-attività kollha, ħlief meta wieħed ikun bilqiegħda madwar il-mejda.
• L-użu tas-‘sanitizers’ provduti.
• Tittieħed it-temperatura mill-membri tagħna, li trid tkun anqas minn 37.2 grad.
• Kull min jattendi se jintalab jagħti dettalji għall-contact tracing.

Sabiex tibbukkjaw ċemplu fuq 99816863. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!

Din l-attività qed issir bħala parti mill-iskema Achievers 2020 maħruġa mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.