28 Nov 2021 - Substance Awareness Hunt

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju ser tkun qed torganizza ‘Substance Awareness Hunt’ nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru fl-10am.

Din l-attività ser issir b’kollaborazzjoni mal-aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali.  Fl-10am nassistu għal sessjoni informattiva ta’ madwar 30 minuta mit-tim tas-Sedqa rigward l-użu tad-drogi u l-vizzji li dawn iġibu magħhom.  Wara, nassistu għal treasure hunt ta’ madwar 30 minuta. Din ser issir madwar it-toroq tal-Imqabba. Din l-attività ser issir b’mod li tippromwovi l-attività fiżika u mhux permess tal-użu tal-karozzi. B’hekk, żgħażagħ ta’ kull età huma mħeġġa li jattendu.

Din l-attività qed issir bħala parti mill-iskema Achievers 2020 maħruġa mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.