Logo TalGilju Bar

AĠĠORNAMENT: Il-Kumitat Amministrattiv u s-sidien tal-bottegin tal-każin tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba javżaw li l-bottegin se jkun qiegħed jinżamm magħluq b’mod indefinit, b’sens ta’ responsabbiltà u sikurezza lejn is-soċi, il-partitarji u l-klijenti, sakemm jgħaddi perjodu neċessarju ta’ kwarantina u jsir proċess ta’ contact tracing fuq każ pożittiv. Aktar kmieni llum stess ġew applikati proċeduri professjonali ta’ fumigazzjoni b’diżinfettant li ċċertifikaw it-tneħħija ta’ kull traċċa possibbli ta’ Covid-19 bħala prekawzjoni, hekk kif mas-saħħa pubblika u lokali m’hemmx kompromessi.

Dan l-avviż se jkun aġġornat fil-jiem li ġejjin. Sadakittant, grazzi u saħħiet.