Bidu tan-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Novembru 2021 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Ruzarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali, segwita minn Quddiesa Kantata. L-istess programm isegwi tul il-ġranet kollha tan-Novena. Il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba ser tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru 2021.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.