Detailed programme of celebrations by the Our Lady of the Lily Musical Society and the Confraternity of the Immaculate Conception on the occasion of the Feast of Our Lady of the Lily 2021, celebrated in Mqabba from the 13th till the 20th June.
Il-Ħadd, 13 ta’ Ġunju
10:45am – Ħruġ privat tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju min-niċċa tagħha. Il-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju se titpoġġa fiċ-ċentru tal-Knisja Parrokkjali għal ħmistax-il ġurnata ta’ qima mid-devoti. Il-ħruġ tal-vara se jsir b’mod privat minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti iżda se jixxandar dirett fuq il-mezzi tal-midja soċjali uffiċċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.
It-Tnejn, 14 ta’ Ġunju
6:30pm – Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa bis-sehem taż-żgħagżagħ.
It-Tlieta, 15 ta’ Ġunju
6:30pm – Quddiesa bis-sehem tad-dilettanti tan-nar u l-armar, b’suffraġju għall-erwieħ tas-soċji u partitarji mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.
L-Erbgħa, 16 ta’ Ġunju
6:30pm – Quddiesa bis-sehem tal-Kummissjoni Banda, il-bandisti u l-Fratellenza tal-Immakulata Kunċizzjoni, b’suffraġju għall-erwieħ tal-bandisti u l-benefatturi mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju kif ukoll il-fratelli mejtin tal-Fratellenza tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Il-Ħamis, 17 ta’ Ġunju – Jum ta’ Tħejjija
6:30pm – Quddiesa kantata akkumpanjata mill-Banda Madonna tal-Ġilju bi priedka minn Patri Renald Lofreda O. Carm. Wara tingħata l-Barka Sagramentali u titkanta l-Antifona ‘Madonna tal-Ġilju‘ ta’ Patri Ġorġ Grech.
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju – Jum ta’ Tħejjija
6:30pm – Quddiesa kantata akkumpanjata mill-Banda Madonna tal-Ġilju bi priedka minn Patri Renald Lofreda O. Carm. Wara tingħata l-Barka Sagramentali u titkanta l-Antifona ‘Madonna tal-Ġilju‘ ta’ Patri Ġorġ Grech.
Is-Sibt, 19 ta’ Ġunju – Jum ta’ Tħejjija – Lejliet il-Festa
6:30pm – Quddiesa kantata akkumpanjata mill-Banda Madonna tal-Ġilju bi priedka minn Patri Renald Lofreda O. Carm. Wara tingħata l-Barka Sagramentali u titkanta l-Antifona ‘Madonna tal-Ġilju‘ ta’ Patri Ġorġ Grech.
Il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju – Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju
8:00am – Ħruq ta’ kaxxa infernali, murtaletti u murtali bil-logħob. 9:00am – Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa. Wara l-Evanġelju, l-Kanonku Antoine Borg jinseġ Paniġierku dwar il-ħajja u l-virtujiet tal-Madonna taħt it-titolu tal-Ġilju. Din il-Quddiesa se tkun bis-sehem tal-orkestra li se teżegwixxi l-mużika mill-isbaħ tad-Dinastija Camilleri taħt id-direzzjoni ta’ Maestro di Capella Andrew Calleja. Fi tmiemha, tindaqq l-Antifona ‘Madonna tal-Ġilju‘ ta’ Patri Ġorġ Grech.