Kristu Ġesu, hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal- mewt tas-salib. Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejjnu bl-Isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Ġesù – fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art – il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkubbtejhom, u kull ilsien jistqarr: “Ġesù Kristu hu l-Mulej, għall-glorja ta’ Alla l-Missier.”