The Commemoration of Maundy Thursday

Infaħħruk, int li inti l-Verb ta’ Alla, sa minn dejjem. Kollox bik sar, u xejn ma sar mingħajrek. Kollox għandu l-ħajja fik. Int id-dawl jiddi fid-dlam, li d-dlam ma għelbux għax ħriġt rebbieħ fuqu. Int id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem. U lil dawk li jilqgħuk, tagħtihom is-setgħa li jsiru wlied Alla.