AĠĠORNAT b’ritratti ta ‘avvenimenti.
—
Id-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju jieħdu l-opportunità sabiex jifirħu lis-Sur Charles Sacco li nhar is-Sibt 16 t’Ottubru 2021 ingħata l-unur “Ġieħ l-Imqabba” waqt serata bis-sehem tal- Banda Madonna tal-Ġilju organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba, fl-okkażjoni tà Jum L-Imqabba.
Charles Sacco twieled l-Imqabba fl-ewwel ta’ Diċembru 1942. Wara li żżewweġ mar joqgħod iż-Żurrieq iżda minkejja dan huwa kważi għex parti kbira mill-kumplament ta’ ħajtu jgħix l-Imqabba, peress li jaħdem ta’ mastrudaxxa fil-workshop tal-injam li jħaddan ma ħuh Gilju Sacco.
Charles Sacco huwa bniedem ta’ talent u minbarra li huwa mastrudaxxa professjonali, fiż-żgħożija tiegħu qatta’ ħafna żmien idoqq il-kitarra ma band Northbeats li għal dak iż-żmien kienet pjuttost popolari u flimkien ma sħabu min jaf kemm ferrħet udjenzi.Bħala xgħolijiet artistiċi u ta’ preġju li ħadem Charles Sacco kien hemm:
- Il-Planċieri Artistiċi tal-Ġilju tal-Imqabba (1995); ta’ Santa Marija tal-Gudja (2003), ta’ San Lawrenz tal-Birgu (2006), ta’ San Nikali tas-Siggiewi (2008) u ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi (2011);
- Il-Bradella tal-Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi (2015);
- Niċeċ fil-knejjes – Redentur f’San Pawl il-Baħar (2019), f’Santa Venera (2019), Madonna tad-Duluru f’San Pawl il-Baġar (2109);
- Orgni fil-knisja ta’ San Duniku fil-Birgu;
- U bħalissa qed jaħdem fuq l-Ark ta’ San Publiju tal-Floriana.
Is-Soċjetà tifraħ ukoll lis-Sinjuri Annunziato Mifsud u Ġilju Farrugia li ngħataw l-Unur tal-Mertu waqt l-istess attività.
Il-Banda Madonna tal-Ġilju ser ittellgħa l-programm mużikali annwali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Imqabba u l-għoti tal-Unur “Ġieħ L-Imqabba” mill-Kunsill Lokali, nhar is-Sibt 16 t’Ottubru 2021 fil-Pjazza tal-Imqabba fit-8:00pm. Aktar informazzjoni tinkiseb mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba fuq 21 680622.