Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju għandha l-unur tħabbar it-tiġdid tal-għaqda Lily Youths, li tħaddan fiha żgħażagħ adolexxenti b’etajiet minn 12 sa 17-il sena.
Għal sena oħra, l-applikanti ta’ dil-għaqda se jkomplu jinvolvu ruħhom fl-impennji bla waqfien tas-Sezzjoni Żgħażagħ, u se tkun dil-istess sezzjoni li se tmexxi lil dawn l-adolexxenti hekk kif taċċerta li l-għaqda sservi bħala pedament għall-futur ta’ dik li tibqa’ l-ewwel u l-aqwa Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa raħalna, li tul is-sena 2018 iċċelebrat il-25 sena mit-twaqqif tagħha u kompliet tħares ’il quddiem lejn aktar suċċessi, anki qalb ostakoli qatt previsti!
L-applikanti eliġibbli u interessati li lesti jkunu parti minn dil-għaqda għandhom jimlew il-formola bid-dettalji mitluba.
L-applikazzjonijiet se jagħlqu nhar it-Tlieta, 30 ta’ Novembru 2021 u se jkunu qegħdin jinġabru mis-Sinjorina Martina Frendo; numru ta’ kuntatt: 9998 0309. Wara li jiġu evalwati l-applikazzjonijiet kollha, se jsir kuntatt mal-applikanti għall-ewwel laqgħa tagħhom. Grazzi!