Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba tixtieq tirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici li għal darb’ oħra nieda skema biex l-għaqdiet volontarji jgawdu minn fondi relatati mal-iskema “Xjenza u Innovazzjoni fil-Komunita’. Permezz tal-proġett imniedi mis-Soċjeta’ tagħna, ntitolat “Nippromwovu l-Arti bit-Teknoloġija: Spazju Kreattiv u Interattiv għall-Komunità”, kien ta’ pjaċir għalina li bbenefikajna minn dawn il-fondi.
Grazzi mill-ġdid.