Attivita Wirja tal-Fotografija

Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tkun qiegħda torganizza Wirja tal-Fotografija bħala parti mill-kors bażiku li sar matul dan l-aħħar ġimgħat bl-isem ta’, ‘Preserving Our Society’s Heritage Through A Lens’.  Din il-wirja ser tkun qiegħda tittella’ bejn it-8 u l-15 ta’ Mejju ġewwa s-Sala tal-Kunċerti u Konferenzi fil-Każin tal-Ġilju. Dħul għal din il-wirja huwa mingħajr ħlas u huwa miftuħ għal kulħadd.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju – Ftuħ uffiċjali tal-wirja (Attendenza hija riservata bl-invit)
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju – Mis-18:00 sad-21:00
Il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju – Mis-18:00 sad-21:00
Is-Sibt 14 ta’ Mejju – Mid-09:00 sas-13:00 u mis-18:00 sad-21:00
Is-Ħadd 15 ta’ Mejju – Mid-09:00 sas-13:00

Dan il-proġett huwa ffinanzjat minn Small Initiatives Support Scheme (SIS), li hija mmexxija mill-Kunsill Nazzjonali għas-Settur Volontarju (MCVS).

Għal aktar informazzjoni, tistgħu tikkuntattjawna fuq 79685761.


📸 Għafas hawn biex tara ritratti.