Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attività ntitolata “Saturday Dine In”, nhar is-Sibt 12 tà Marzu 2022 fit-8:00pm

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attività ntitolata “Saturday Dine In”, nhar is-Sibt 12 tà Marzu 2022 fit-8:00pm fil-Każin tas-Soċjetà li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Ser ikun hemm menu varjat flimkien ma’ deserta bi prezzijiet raġonevoli u jingħata flixkun minerali ma’ kull platt. Din l-attività hija onformi mar-regolamenti moħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

Bookings isiru fuq 79460156 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.