SEDUTA ĠENERALI ANNWALI MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI MADONNA TAL-ĠILJU, L-IMQABBA

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qed iħabbar li s-Seduta Ġenerali Annwali se ssir nhar il-Ħadd, 24 ta’ April 2022 mill-10:30 ‘l quddiem ġewwa s-Sala tal-Kunċerti u l-Konferenzi fis-Sede tas-Soċjetà. Matul is-Seduta se jiġu kkomunikati rapporti amministrattivi u finanzjarji miġbura mid-diversi fergħat tas-Soċjetà. Id-diskussjoni prinċipali se titratta l-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022. Se jiġu diskussi wkoll l-andament preżenti tas-Soċjetà u l-proġetti varji li s-Soċjetà qed taħdem fuqhom fil-preżent, speċjalment fid-dawl tar-rikostruzzjoni tal-Każin.

Is-soċji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa importanti u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar dak kollu li jiġi diskuss. B’rabta ma’ dan, insostnu l-punt fl-istatut li jgħid li membri li huma rreġistrati bħala soċji biss se jkunu eliġibbli sabiex jattendu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju: www.talgilju.com.


📸 Għafas hawn biex tara ritratti.