Nhar is-Sibt, 17 ta’ Settembru 2022 mis-6pm ‘l quddiem il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba se jkun qed jorganizza ‘Festa Familja’ ġewwa Misraħ il-Fidwa, l-Imqabba, biswit il-bandli Onġi Onġella.

Din l-attività differenti u divertenti se tikkonsisti f’tiżwieqa ta’ ikel tradizzjonali, xorb, logħob għat-tfal, kantanti, bejgħ ta’ oġġetti u bosta attivitajiet oħra għal kulħadd; kollox f’ambjent ta’ festa tradizzjonali Maltija!

Attività għall-familja kollha! Xerrdu l-aħbar u stiednu lill-ħbieb u familjari oħrajn – Narawkom!