Fl-okkażjoni tax-xahar dedikat lir-Rużarju Mqaddes, il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, qegħda torganizza t-talba tar-Rużarju quddiem il-monument tal-Madonna tal-Ġilju li jinsab fil-ġnien li jġib l-istess isem, fil-Bypass tal-Imqabba kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa tul ix-xahar t’Ottubru fis-7:00pm.

Id-devoti kollha tal-Madonna huma mħeġġa li jattendu.