Il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser tkun qiegħda torganizza attività għat-tfal għaż-żmien tal-Halloween. Din l-attività ser tkun qiegħda ssir nhar il-Ġimgħa 28 t’Ottubru ġewwa Sunflower Pony Club, limiti tan-Naxxar. L-attività ser tinkludi dawra bil-pony u bil-karrettun, ħasil tal-pony u ser ikun hemm ħin allokat sabiex it-tfal ikunu jistgħu joqgħodu jilgħabu mal-pony.
Ser ikun provdut it-trasport, fejn ser jitlaq mill-Pjazza tal-Imqabba fl-4pm. Donazzjoni għal din l-attività ser tkun dik ta €10, li jinkludi dħul għal-attività, trasport u kif ukoll ‘packed lunch’.
Għall-bookings tistgħu tagħmlu kuntatt magħna fuq 99670517.