Darts u Playstation Tournaments

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qed torganizza Darts u Playstation Tournaments nhar is-Sibt 12 u nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru rispettivament, mid-09:00am ‘l quddiem ġewwa il-Każin tal-Ġilju. Id-donazzjoni għal din l-attività se tkun ta’ €10.00 għal kull tournament, b’ donazzjoni ta €18.00 jekk tipparteċipa fit-tnejn li huma.

Premji għal kull Tournament :-

Ir-Rebbieħ jieħu premju ta’ €100 + Trophy
It-Tieni post jieħu premju ta’ €50 + Trophy
It-Tielet post jieħu premju ta’ Trophy

Il-Playstation Tournament ser ikun sponsorjat mill-Onorevoli Stefan Zrinzo Azzopardi.  Id-Darts Tournament ser ikun sponsorjat mill-Onorevoli Stanley Zammit.

Sabiex tibbukkjaw ċemplu fuq 99816863. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!