
Bħala konklużjoni tal-Festi speċjali li matul din is-sena fakkru l-250 anniversarju mit-twaqqif tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba, il-Fratellanza, b’kollaborazzjoni mal-Kappillan tal-Parroċċa il-W.R. Dun John P. Curmi, ser ittellgħa Akkademja Mużiko-Letterarja nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2022 fis-7:00pm fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba. Din l-attività ser tkun bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro. Andrew Calleja.
Riservazzjonijiet isiru billi tikkuntattjaw in-numru 77406720 jew imla’ l-formula online hawn taħt.