Countdown to Christmas - fl-Imqabba - 12.10.2022

Wara s-suċċess miksub fil-fiera organizzata f’Ottubru li għadda, il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza attività oħra, din id-darba marbuta mal-Festi tal-Milied 2022. Din l-attività bit-tema “Count down to Christmas”, ser tittellgħa nhar is-Sibt 10 ta’ Diċembru mis-6:00pm fil-Pjazza tal-Imqabba. Aktar informazzjoni tiġi mħabbra il-quddiem.

Nistiednu lil kulħadd sabiex iħalli din id-data vojta.