Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qed jagħmel sejħa għal espressjoni ta’ interess minn mastrudaxxi professjonali għall-produzzjoni ta’ Arkivju tal-Banda.

Is-sottomissjoni għax-xogħol tal-injam trid tkun ibbażata fuq disinn eżistenti tal- artist bravu s-Sur Manuel Farrugia. Ix-xogħol jeskludi l-iskultura u l-materjal tal- injam innifsu. Kull min huwa professjonist tas-sengħa u interessat għandu japplika għal appuntament sabiex jiġi muri d-disinn u tingħatalu spjegazzjoni ddettaljata ta’ x’inhu mistenni.

Dan jista’ jsir billi timtela l-formola li tinsab hawn taħt.  Jista’ wkoll isir kuntatt mal-President tas-Soċjetà, is-Sur Joseph Zammit fuq in-numru 7968 5091 sa mhux aktar tard mill-Ħadd, 17 ta’ Lulju 2022.

Il-lista ta’ applikanti u l-applikant magħżul se jkunu mħabbra uffiċjalment u pubblikament sa sebat ijiem wara d-data tal-għeluq imsemmija.

MUSICAL ARCHIVE – CALL FOR AN EXPRESSION OF INTEREST

The Administrative Committee of the Our Lady of Lily Musical Society of l-Imqabba is calling for an expression of interest from professional woodworkers for the production of a high-end Musical Archive.

The submission for timber works must be based on an existing design by renowned artist Manuel Farrugia. Works exclude wood carving and timber material. Professionally component and interested parties are requested to apply so that a detailed explanation and viewing of said design can be set by appointment.

This can be done by completing the form below or by contacting the President of said Society, Joseph Zammit via contact number 7968 5091 by not later than Sunday, 17th July 2022. The list of applicants and the chosen applicant will be announced officially and publicly within seven days of said closing date.

Formola ta’ Applikazzjoni / Application Form