
Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Bazaar fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022, fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Waqt dan il-Bazaar ser ikun hemm għażla vasta ta’ pjanti għal bejgħ kollox bi prezz moderat. Ser ikun hemm ukoll bejgħ ta’ fjuri friski u kif ukoll ‘flower arrangements’. Il-Bazaar ikun miftuħ mis-7:00am il-quddiem.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com jew in-numru 79539542.