
📣 Il-kumpanija tejatrali “𝐆𝐨𝐥𝐝𝐞𝐧 𝐋𝐢𝐥𝐢𝐞𝐬” 📣
Fiż-żminijiet passata, rajna ħafna serati, reċti, sketches, drammi tal-passjoni u oħrajn, li kienu jkunu ta’ suċċess kbir. L-kumpanija tejatrali “𝐆𝐨𝐥𝐝𝐞𝐧 𝐋𝐢𝐥𝐢𝐞𝐬” fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, għandha l-ħsieb biex fix-xhur li ġejjin terġa’ tagħti l-ħajja lid-drama Maltija f’raħalna.
Għalhekk, din il-kumpanija, qiegħda tiftaħ sejħa għal dawk kollha li huma interessati li jieħdu sehem kemm bħala atturi, kif ukoll għal dawk li lesti jaħdmu minn wara l-kwinti.
Din is-sejħa tagħlaq il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, 2022 ‼️