Il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba iħabbar li wara li l-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022 għalqu l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-istess Kumitat għat-terminu 2022-2024, il-karigi u l-irwoli ġew assenjati hekk kif ġej:

Il-Kumitat Amministrattiv il-ġdid jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu wara li dan ġie ffurmat mingħajr il-bżonn ta’ elezzjoni u, b’mod unanimu, ġew appuntati dawn il-karigi l-ġodda. Kif xieraq, nirringrazzjaw lis-Sinjuri Julie Abdilla, Teddy Farrugia u Jason Tanti li għal dan it-terminu ddeċidew li ma japplikawx u minflok jagħtu din l-opportunità lis-Sinjuri Amabile Barbara, Tyrone Barbara u Julian Zammit. Filwaqt li l-Kumitat jifraħ u jawgura lill-applikanti issa membri uffiċjali kollha, speċjalment dawn ġodda, xieraq li jsir rikonoxximent u ringrazzjament lill-Kumitat preċedenti li mexxa s-Soċjetà f’perjodu tant turbulenti. Fuq kollox, ringrazzjament speċjali tal-aħħar imur lejn is-Sur Teddy Farrugia, li b’mod suċċessiv serva għal 44 sena fil- Kumitat Amministrattiv, notevolament bħala President tas-Soċjetà għal 36 sena sħaħ. Dan l-impenn estiż u essenzjali huwa rikonoxxut speċjalment mill-President u minn sħabu l-membri tal-Kumitat preżenti; evidenza ċara tal-imħabba li għandu lejn is-Soċjetà, il-komunità Mqabbija u l-festa.

GRAZZI MILL-QALB!

Bħala Kumitat Amministrattiv, nassiguraw lis-soċi u l-partitarji li dejjem se nibqgħu nħarsu ‘l quddiem, magħqudin flimkien għal żmien aħjar imżewwaq b’aktar ħidma b’risq il-festa tant għażiża tal-Madonna tal-Ġilju u s-Soċjetà li ġġib IsimHa. Nitolbu lill-Madonna tkompli tħarisna f’ħidmietna filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-fiduċja u l-kooperazzjoni tagħkom.