L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba flimkien m’għaqdiet oħrajn ibbenefikat minn fond imniedi mill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti. Dan il-fond jikkonsisti minn skema ta’ għajnuna speċjali għall-għaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet lokali relatati mal-festa Maltija sabiex tittaffa l-isfida finanzjarja.