Issa li għalaq il-proċess elettorali, il-Kumitat Amministrattiv, flimkien mad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, jixtieq jifraħ mill-qalb lill-Membri Parlamentari eletti li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022 fuq il-Ħames Distrett. Nifirħulhom tal-karigi ġodda li ġew afdati bihom, minnhom , kif ġej:
- L-Onor. Dr. Owen Bonnici – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali;
- L-Onor. Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur;
- L-Onor. Dr. Miriam Dalli – Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża;
- L-Onor. Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar;
- Is-Sur Omar Farrugia – Membru Parlamentari;
- Il-Perit Anthony Bezzina – Membru Parlamentari;
- L-Inġinier Stanley Zammit – Membru Parlamentari.
Nawgurawlhom ilkoll mill-ġdid hekk kif inħarsu ‘l quddiem lejn aktar ħidma kollaborattiva b’risq il-pajjiż, il-lokal u s-Soċjetà tagħna! Ringrazzjament tal-aħħar imur lejn il-kandidati kollha li kkontestaw id-distrett u ma ġewx eletti; nittamaw li nkomplu niddiskutu ideat u naħdmu flimkien għall-istess għanijiet.