Il-Kumitat Amministrattiv, flimkien mad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, jixtieq jifraħ mill-qalb lis-sur Omar Farrugia li għadu kemm ġie elett fil-Parlament Malti wara li kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba x-xahar li għadda. Omar mhux biss kien Sindku tal-Imqabba, iżda membru attiv tas-Soċjetà tagħna.
Fil-passat riċenti okkupa l-kariga ta’ Segretarju u Viċi-Chairperson tal-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju. Bħala Soċjetà ninsabu konvinti li se jkun qiegħed jaħdem minn qalbu u bl-aktar mod effettiv b’risq Malta, hekk kif bi provi wera l-istess karatteristiċi fl-irwoli tiegħu fi ħdan is-Soċjetà u l-Kunsill Lokali.
Il-Kumitat Amministrattiv jixtieq jawgura wkoll lis-Sinjura Grace Marie Zerafa, issa Sindku ġdid tal-Imqabba.