Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba tixtieq tirringrazzja lill-Onorevoli Julia Farrugia Portelli, Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, tal-assistenza tagħha permezz tal-iskema ‘Small Initiatives Support’ (SIS), kif imnieda mill-Kunsill Malti tas-Settur Volontarju (MCVS), mil-liema s-Soċjetà se tkun qed tibbenifika minn allokazzjoni ta’ fondi għall-proġett: ‘Nippreservaw il-Wirt Storiku ta’ Pajjiżna permezz tal-Fotografija’. Prosit u awguri lis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-konċepiment ta’ idea u l-implimentazzjoni ta’ proġett ieħor innovattiv għall-komunità Imqabbija tagħna!
—
The Our Lady of the Lily Youth Section of l-Imqabba would like to express its gratitude towards the Hon. Julia Farrugia Portelli, Minister for Inclusion, Quality of Life and Volunteering, for her assistance offered through the ‘Small Initiatives Support Scheme’ (SIS), as launched by the Malta Council of the Voluntary Sector (MCVS), from which our Society will be benefiting from an allocation funds for the implementation of the project: ‘Preserving the Historical Heritage of our Country through Photography’. Well done and good luck to our youths as they embark on another innovative idea and initiative for our local community!