
Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jixtieq jirringrazzja lill-Bord tal-Evalwazzjoni u lill-Onorevoli Dr. Owen Bonnici, Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni talli għal darba oħra ġiet onorata bl-opportunità ta’ benefiċċju mill-iskema ‘Xjenza u Innovazzjoni fil-Komunitá’. Minn xandir awdjo-viżiv f’okkażjonijiet speċjali, għal eżebizzjonijiet artistiċi matul is-sena kollha, sa opportunità ta’ tagħlim mużikali f’ambjent akustiku professjonali, dan il-proġett għandu jinġetta doża ta’ xjenza u innovazzjoni f’diversi forom. Is-Soċjetà tkompli tħeġġeġ l-organizzazzjoni u t-tħabbir ta’ aktar skemi essenzjali li jkomplu jgħinu l-aktar lill-organizzazzjonijiet volontarji.
—
The Administrative Committee within the Our Lady of the Lily Musical Society of l-Imqabba would like to thank the Evaluation Board and the Hon. Dr. Owen Bonnici, Minister for Equality, Research and Innovation for successively honouring us with the opportunity to benefit from the renewed ‘Science and Innovation in the Community’ scheme. From audio-visual broadcasting on special occasions to art exhibitions organised all year round, and improved musical tuition achieved in a professional acoustic environment, this project will inject a dose of science and innovation within our community via various forms. Our Society commends the initiative behind and announcement of more essential schemes that especially assist voluntary organisations.