Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Annunzjata, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti servizz mużikali f’ Ħal Tarxien nhar it-Tlieta 24 ta’ Mejju 2022. Is-servizz, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrew Calleja ser jibda’ fit-8.00pm permezz ta’ daqq ta’ marci brijuzi minn diversi kompożituri mat-toroq ta’ Hal Tarxien. Il-Marċ jilħaq il-qofol brijuż tiegħu fil-Pjazza tal-Knisja.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Muzikali Madonna tal-Gilju www.talgilju.com.