Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qed torganizza Billiard Tournament nhar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Jannar mid-9:00am ‘l quddiem ġewwa l-Każin tal-Ġilju. Id-donazzjoni għal din l-attività se tkun ta’ €10.00.
– Ir-Rebbieħ jieħu premju ta’ €100 + Trophy
– It-Tieni post jieħu premju ta’ €50 + Trophy
– It-Tielet post jieħu premju ta’ Trophy
Dan it-tournament ser ikun sponsorjat mill-Onorevoli Perit Toni Bezzina. Sabiex tibbukkjaw tistgħu tkellmu lil xi membru tal-kumitat u għall-aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 79642229.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!