Il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser tkun qiegħda torganizza ‘Play, Learn & Fun – Easter Egg Hunt’, attività għat-tfal għaż-żmien tal-Għid. Din l-attività ser tkun qiegħda ssir nhar it-Tlieta 11 t’April, mit-3:00pm ‘il quddiem ġewwa Ħal Millieri.
L-attività hija b’xejn għat tfal Imqabbin! Fit-3pm niltaqgħu fil-Pjazza tal-Imqabba fejn min hemmhekk, flimkien mal-mistieden speċjali, Fonzu l-Fenek, nitilqu lejn Ħal Millieri. Mal-wasla tagħna hemmhekk, ser tkun qiegħda ssir ‘Easter Egg Hunt’. Ser ikun hemm ukoll ħin sabiex nilgħabu u ngawdu flimkien ma’ Fonzu!
Sabiex tirriserva il-post tagħkom, tistgħu tagħmlu kuntatt magħna fuq +356 9967 0517.