Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023, il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser jorganizza “Festa Tfal”, nhar il-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2023.

Fis-7:00pm jingħata bidu għal Serata Marjana fi ġnien il-Madonna tal-Ġilju. Fis-7:30pm jibda’ marċ brijuż fejn fost tixjir ta’ bnadar u bżieżaq, induru mat-toroq u l-pjazza tal-Imqabba u li matulu tinġarr il-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Ġilju mit-tfal.

Fid-9:00pm isir festin għat-tfal kollha fejn jiġu mogħtija ikel u xorb u fl-aħħar tingħatalhom tifkira b’rabta mal-Festa 2023. It-tfal kollha huma mħeġġa jattendu għal din l-attività li żgur ser tkun waħda mimlija entużjażmu.