Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa spettaklu mill-aqwa ta’ briju organizzat, nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju 2023, waqt il-Marċ ferm popolari tal-Ġimgħa.

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa spettaklu mill-aqwa ta’ briju organizzat, nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju 2023, waqt il-Marċ ferm popolari tal-Ġimgħa. Marċ grandjuż u uniku f’raħalna, fejn niċċelebraw it-30 Sena Anniversarju minn meta twaqqfet din l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba!

Dan il-marċ ser ikun bis-sehem tal-ewwel Banda Imqabbija, l-Banda Madonna tal-Ġilju taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro Andrew Calleja.

Elementi nnovattivi flimkien ma’ features multiviżivi jakkumpanjaw il-briju, mużika u nar sabiex ikomplu jsebbħu l-atmosfera mill-isbaħ sinonima ma’ dan il-Marċ.

L-ispettaklu jibda’ fid-9:30pm fil-Pjazza Ewlenija tal-Imqabba, wara l-ispettaklu tan-nar tal-ajru. Għal ħabta ta’ nofs il-lejl isir it-tlugħ tradizzjonali u uniku f’raħalna, tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira, fost Devozzjoni u kant ta’ Innijiet Marjani.

Aktar ċelebrazzjonijiet oriġinali jsegwu fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-Każin tas-Soċjeta’, fejn ser ikun hemm spettaklu ieħor, spettaklu ta’ briju organizzat ma’ DJ lokali fost elementi differenti sabiex dan il-marċ tassew ikun imżewwaq minn kollox!

Ingħaqdu magħna għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023!