Il-Kumitat Amministrattiv qiegħed jistieden lis-Soċji kollha għas-SEDUTA ĠENERALI ta’ nofs is-sena li ser tinżamm nhar il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu 2023 fl-10:00am fis-Sala għall-Kunċerti u Konferenzi ta’ Palazz il-Ġilju. Waqt din il-laqgħa ser jingħataw rendikonti amministrattivi u finanzjarji relatati mal-Festa li għadna kif iċċelebrajna u jiġu diskussi proposti dwar dak kollu li hemm imħejji għall-futur tas-Soċjetà u l-festa. L-attendenza tagħkom hija essenzjali sabiex nisimgħu lil xulxin u noħorġu b’suġġerimenti ġodda u siewja.

B’rabta ma’ dan, se nkunu qegħdin insostnu l-punt fl-istatut li jgħid li membri li huma rreġistrati bħala Soċji biss se jkunu eliġibbli sabiex jattendu s-Seduta.

Għaldaqstant, inħeġġu aktar persuni sabiex jissieħbu mill-aktar fis possibbli sabiex jirregolarizzaw il-menswalità tagħhom. Agħmlu dan billi:

  • tapplika u thallas online – għafas hawn
  • tavviċinaw u tħallsu membru tal-Kumitat Amministrattiv jew
  • permezz tal-applikazzjoni Revolut fuq in-numru 9957 3871 bid-dettalji tagħkom.