Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Kunċert Mużikali fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 2023 bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro Andrew Calleja.

Dan il-Kunċert ser isir nhar IL-Ħadd 17 ta’ Dicembru 2023, fis-6:30pm fis-Sala tal-Kunċerti u Konferenzi tal-Każin tas-Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, bis-sehem tal-Bandisti tal-Post u Allievi fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju u kif ukoll il-Lily Juniors. Ser jindaqqu diversi siltiet mużikali sbieħ u tal-widna.

Kulħadd huwa mistieden jattendi u d-dħul huwa mingħajr ħlas.