
Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Diċembru 2023 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Ruzarju.
Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali, segwita minn Quddiesa Kantata. L-istess programm isegwi tul il-ġranet kollha tan-Novena.
Il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2023.