
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 2023, il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza l-Ikla Tradizzjonali tal-Kunċizzjoni, nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2023, fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba.
L-attivita’ tibda’ fit-8:00pm u matulha jigi servit varjeta’ t’ ikel f’atmosfera brijuża ta’ Festa.
Bookings isiru fuq in-numru 79853044.