Wara li s-sena li għaddiet din l-attività kellha tiġi kanċellata minħabba l-maltemp, il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza din l-attività mill-ġdid. Din l-attività bit-tema “Count down to Christmas”, ser tittellgħa nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru 2023 mill-5:00pm il-quddiem fil-Pjazza tal-Imqabba. Aktar informazzjoni tiġi mħabbra il-quddiem. Nistiednu lil kulħadd sabiex iħalli din id-data vojta.