Nhar il-Ħadd 10 ta’ Dicembru 2023, ser tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Parroċċa tal-Imqabba. Fl-4:00pm tibda’ Quddiesa Kantata u Konċelebrata Solenni fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba li tkun bis-sehem tad-diversi Kumitati u Kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.
Fil-5.00pm tibda’ ħierġa l-Purċissjoni Solenni bil-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju, mmexxijja mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni, bis-sehem tal-Kleru, Devoti u poplu li matulha jingħad ir-Rużarju. Il-Purċissjoni ssegwi din ir-rotta: Pjazza tal-Knisja, Triq San Bażilju, Triq il-Karmnu, Triq Valletta, Triq il-Parroċċa u Pjazza tal-Knisja. Mad-dħul, titkanta l-Antifona tal-Immakulata, ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Festi Esterni jkomplu fis-6.00pm bi programm mużikali mill-Banda Madonna tal-Ġilju quddiem is-sede tas-Socjeta’ fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrew Calleja. Wara jsegwi get-to-gether fl-istess Każin.