Il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza l-festin Annwali tal-Milied għat-tfal Imqabbin. Dan il-Party ser isir nhar l-Erbgha 27 ta’ Diċembru 2023 mill-4:00pm il-quddiem fis-sala tal-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju, fil-Pjazza tal-Imqabba.

Hemm imħejji programm ta’ divertiment għat-tfal, u bosta sorpriżi oħra u ser jingħataw rigali sbieħ lil dawk kollha preżenti.  Aktar dettalji u bookings jistgħu jinkisbu fuq in-numru 99670517.